Bil-Filmat: Avukat Jispjega Kif Akkużati Li Jkollhom Problemi Ta’ Saħħa Mentali Jistgħu Joħorġu Liberati

 Bil-Filmat: Avukat Jispjega Kif Akkużati Li Jkollhom Problemi Ta’ Saħħa Mentali Jistgħu Joħorġu Liberati

Fid-dawl tad-delitt li seħħ f’Tas-Sliema fil-bidu ta-sena, ftit ġimgħat ilu l-programm Topik kien staqsa lill-avukat Michele Cardinali x’jiġri jekk persuna bi problemi ta’ saħħa mentali tikkommetti delitt. L-avukat spjega kif problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jwasslu biex persuna toħroġ liberata meta affaċjata b’akkużi fil-Qorti.

L-avukat Michele Cardinali mingħajr ma’ daħal f’każijiet partikolari spjega kif jekk il-persuna akkużata, fil-mument li tkun qed twettaq ir-reat tapprova li ma’ kienetx f’sitwazzjoni mentali tajba u għalhekk ma’ setgħetx taġixxi f’isimha, f’dan il-każ l-element tal-intenzjoni li jseħħ r-reat ikun nieqes.

“Għalhekk f’dan il-każ il-persuna jkun nieqes milli jifhem il-konsegwenzi ta’ dak li qed jagħmel…U għalhekk l-element tal-intenzjoni jkun nieqes u r-reat ma jistax jiġi meqjus li ġie kommess minn dak il-persuna, b’dik l-intenzjoni…Allura ma’ jistax jeħel il-piena bħal li kieku kien persuna oħra li wettqet ir-reat bl-intenzjoni li twettqu…Is-sentenza mhux titnaqqas, imma jiġi liberat,” qal l-avukat Cardinali.

Huwa ġab eżempju b’każ li kien seħħ fl-2005 fejn wara li l-akkużat kien ammetta li wettaq ir-reat, il-Qorti kienet talbet biex isiru l-eżamijiet mediċi fuq l-akkużat. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kienet ħatret erba’ esperti biex iwettqu dawn l-eżamijiet, li “finalment kienu waslu biex ikkonkludew li l-persuna ma’ kellux il-fakultà mentali li jifhem dak li qed jagħmel u l-konsegwenzi li jista jġarrab ta’ dak li qed jagħmel,” kompla jispjega l-avukat Michele Cardinali.

F’dan il-każ il-Qorti kienet irrevokat is-sentenza u ordnat li l-imputat jiġi liberat filwaqt li jingħata l-kura kollha li kellu bżonn.

L-avukat Michele Cardinali temm jgħid li dawn huma każijiet rari ħafna u li f’każi bħal dawn id-difiża trid tapprova bil-fatti li waqt li kien qed iseħħ ir-reat il-klijent tagħhom ma’ kellux il-fakultà li jifhem dak li qed jagħmel. Finalment il-Qorti tiddeċiedi taċċettax jew le.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com