Bil-Filmat: Ġurnalisti Joħorġu ‘L Barra Minn Konferenza Li Kienet Indirizzata Minn Macron U Metsola

 Bil-Filmat: Ġurnalisti Joħorġu ‘L Barra Minn Konferenza Li Kienet Indirizzata Minn Macron U Metsola

Ilbieraħ filgħaxija numru ta’ ġurnalisti ħarġu ‘l barra minn konferenza fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu, fi Franza wara li ma tħallewx jistaqsu mistoqsijiet.

Il-konferenza kienet indirizzata mill-President Franċiż Emanuel Macron u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wara laqgħa li saret dwar il-Presidenza Ewropeja li mill-ewwel ta’ Jannar sa Ġunju ħa tkun f’idejn Franza.

Macron waqt il-laqgħa qal li waqt din il-Presidenza jixtieq li ssir diskussjoni serja dwar il-protezzjoni tal-ambjent kif ukoll dwar id-dritt tal-mara li twettaq abort. Wara din il-laqgħa kien pjanat li Macron flimkien ma’ Metsola jindirizzaw konferenza u jwieġbu mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Il-kwistjoni eskalat hekk kif il-ġurnalisti kien ilhom siegħa jistennew u hekk kif kienu ħa jibdew jistaqsu l-President Franċiż ħares lejn l-arloġġ u qal li mhux ħa jkun qed jieħu mistoqsijiet mill-ġurnalisti u kien ħa jsir statement biss.

Macron se jkun qed jiffaċċja elezzjoni Presidenzjali f’April li ġej waqt il-Presidenza Ewropea.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com