Bil-Filmat: Il-Linja Tal-Ajru Emirates Reġgħu Għamluha B’Reklam Ġdid

 Bil-Filmat: Il-Linja Tal-Ajru Emirates Reġgħu Għamluha B’Reklam Ġdid

Il-linja tal-ajru Emirates reġgħu għamluha. Din id-darba b’reklam ġdid.

Lura f’Awwissu kienu pproduċew reklam li s’issa kien għadu ħadd ma’ għamel. Nicole Smith-Ludvik kienet libset l-uniformi tal-linja tal-ajru Emirates u telgħet fuq l-ogħla binja fid-dinja, il-Burj Khalifa, f’Dubai. Hija kienet ġibdet ir-reklam propju minn 828 metru ‘l fuq.

Din id-darba riedu jagħmlu xi ħaġa simili però b’xi ħaġa aktar innovattiva, hekk kif bħalissa f’Dubai qed ikun organizzat l-Expo 2020.

Nicole Smith-Ludvik reġgħet telgħet fuq il-Burj Khalifa, però din id-darba flimkien ma’ ajruplan A380 li għadda madwar 800 metru ‘l bogħod minn warajha.

Biex seta’ jinġibed dan il-filmat l-ajruplan kellu jdur 11-il darba mal-Burj Khalifa, fejn fl-aħħar tar fil-baxx minn fuq iż-żona fejn qed isir l-Expo 2020.

Ara l-filmat:

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com