Kap Eżekuttiv Ġdid Għall-Malta Air Traffic Services

 Kap Eżekuttiv Ġdid Għall-Malta Air Traffic Services

Is-Sur Claude Mallia huwa l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Malta Air Traffic Services Ltd. b’effett mill-1 ta’ Frar 2022.

Fl-ewwel kummenti tiegħu wara din il-ħatra, is-Sur Mallia qal li qiegħed iħares lejn din l-esperjenza l-ġdida b’entużjażmu kbir u jħares ‘il quddiem li jkompli jaħdem sabiex kif ġara matul l-aħħar snin jibqa’ jkun żgurat li f’pajjiżna jibqa’ jkun offrut servizz tajjeb lill-linji tal-ajru li jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti filwaqt li fuq kollox tkun żgurata s-sigurtà.

Is-Sur Mallia huwa gradwat bħala Perit u poġġa wkoll fuq numru ta’ bordijiet ta’ tmexxija ta’ entitajiet tal-Gvern. Huwa serva wkoll bħala Chairman tal-Kummissjoni tal-Ippjanar.

Is-Sur Mallia se jkun qiegħed jieħu post Dr. Inġ Kenneth Chircop li kien ilu jservi f’dan l-irwol sa mill-2016.

Il-Malta Air Traffic Services tixtieq tirringrazzja lil Dr. Inġ. Kenneth Chircop tax-xogħol importanti tiegħu f’dawn l-aħħar snin u tawguralu aktar suċċessi fil-karriera tiegħu.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com