Bil-Filmat: L-Epifanija Ċċelebrata Bi Kbir Fi Spanja
Hekk kif illum qed niċċelebraw l-Epifanija bosta pajjiżi kattoliċi baqgħu jżommu din il-ġurnata bħala festa pubblika b’diversi ċelebrazzjonijiet differenti li jwasslu għat-tmiem tal-festi marbuta mal-Milied.
L-Epifanija tfakkar il-miġja tat-tliet slaten maġi għand Ġesù tarbija bir-rigali li tawh kienu d-deheb, l-inċens u l-mirra.
F’Spanja din il-ġrajja tkun iċċelebrata permezz ta’ parata mimlija spettaklu, fejn karrijiet kbar iwasslu lis-slaten maġi fil-Belt ta’ Madrid.
Bosta tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom jattendu għal din il-lejla mil-isbaħ li tkun organizzata fil-lejl ta’ qabel l-Epifanija.
Ilbieraħ filgħaxija minkejja n-numri għoljin ta’ każijiet tal-Covid-19 u x-xita li ma’ waqfet xejn, in-nies xorta waħda attendew bi ħġarhom fejn madwar 7,000 persuna nġabru fit-toroq tal-madwar sabiex jaraw din il-parata spetakolari.
Pajjiżi bħal Spanja għadhom iżommu t-tradizzjoni tal-Epifanija ħajja fejn anke r-rigali tal-Milied jingħataw propju f’din il-ġurnata.
Ara l-filmat: