Bil-Filmat: Organizzaturi Internazzjonali Għal Spettakli Tan-Nar Barra Minn Xtutna Jagħżlu Kontinwmanet Lill-Maltin

 Bil-Filmat: Organizzaturi Internazzjonali Għal Spettakli Tan-Nar Barra Minn Xtutna Jagħżlu Kontinwmanet Lill-Maltin

Kif jidher il-filmat hawn taħt, dan huwa spettaklu mill-isbaħ u straordinarju li sar fis-17 ta’ Diċembru li għadda ma’ The Torch Tower f’Doha.

L-organizzaturi internazzjonali kontinwament qed jagħżlu lill-kollaboraturi Maltin biex jaħdmu magħhom minħabba l-professjonalità u l-passjoni li jitfgħu fix-xogħol li jwettqu.

Dan l-ispettaklu partikolari sar fl-okkażżjoni tal-festa nazzjonali fil-Qatar. Dan mhux l-ewwel darba li l-Maltin taw sehemhom kif diġà għedna, fejn taw il-kontribut qawwi tagħhom fi spettakli oħra fi Franza, il-Ġermanja, fir-Russja u fil-Qatar.

Xogħol il-Maltin jikkonsisti fl-armar kollu tal-ispettaklu flimkien man-nar li jinħaraq. Il-kumpanija hija PyroEmotions li ġġorr ukoll is-salib ta’ Malta

Minn Stradarjali.com, awguri tassew.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com