X’Ser Jiġri F’Sibtek Li Jmiss?

 X’Ser Jiġri F’Sibtek Li Jmiss?
Sibtek jirritorna b’aktar personalitajiet. Antonella Vassallo, Quinton Scerri, Clifford Galea u Johann Grech huma l-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar nhar ta’ Sibt fuq TVM fil-12.15pm.

Antonella Vassallo ser tiltaqa ma’ raġel li imdorrija tiekol minn taħt idejh u waqt Sibtek ser jgħamel platt jaħraq u speċjalment għalijha.

Quinton Scerri ser jġedded il-memorji tat-tieġ tiegħu waqt dan Sibtek … imma kif ??? X’ser jgħamlulu ??? 😃

 Il-Kummissarju tal-films Johann Grech ser insiru nafuh mill-lenti iktar personali din id-darba.

Clifford Galea ser ikollu BLIND DATE u din il-blind date tinkludi katnazz imsakkar… imma ma’ min???

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com