Bil-Filmat: Tarbija Tat-Twelid Tinstab Ħajja Ġo Borża Taż-Żibel…L-Omm Tinqabad U Titressaq Il-Qorti!

 Bil-Filmat: Tarbija Tat-Twelid Tinstab Ħajja Ġo Borża Taż-Żibel…L-Omm Tinqabad U Titressaq Il-Qorti!

Omm ta’ 18-il sena qed tiġi akkużata b’attentat ta’ qtil tat-tarbija tagħha stess wara li nhar il-Ġimgħa li għadda nqabdet fuq il-kameras tas-sigurtà tixħet lit-tarbija tat-twelid fi skip taż-żibel.

Dan il-każ xokkanti seħħ f’New Mexico, fl-Istati Uniti, fejn Alexis Avila, it-tfajla ta’ 18-il sena qalet li ma’ kienitx taf li hija tqila u meta saret taf, ġurnata qabel welldet qabadha paniku kbir tant li ddeċidiet li tarmi lil binha ħaj fi skip.

Kien grazzi għal żewġt irġiel u mara li ftit sigħat wara semgħu tarbija tibki. Huma qabdu jiftħu l-boroż taż-żibel u b’sorpriża kbira ​jsibu lit-tarbija ġo waħda mill-boroż.

Il-Pulizija kien infurmati bil-każ u waslu fuq il-post fejn instabet it-tarbija fejn bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom. Huma ħadu lit-tarbija l-isptar sabiex jingħata l-kura li kellu bżonn.

Alexis Avila tressqet il-Qorti nhar it-Tnejn li għadda fejn ġiet akkużata b’attentat ta’ qtil u reat ta’ abbuż fuq it-tfal.

Ara l-mument li nstabet it-tarbija:

Ritratti u filmat: Ozzy Mora Journalist 

 

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.