Ċiklist Sofra Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar

 Ċiklist Sofra Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar

Ċiklist ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:00pm, fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn rota, misjuqa mill-vittma u vettura VW Passat, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli.

Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com