Dun David Muscat Imsejjaħ Fid-Depot Tal-Pulizija
Fl-aħħar ħinijiet il-qassis Dun David Muscat ġie msejjaħ id-Depot tal-Pulizija biex ikun interrogat.
Dan b’rabta mal-kumment li għadda fuq il-mezzi soċjali li qed ikun meqjus bħala diskors ta’ mibegħda u omofobiku.
Ilbieraħ filgħaxija l-Ministru Julia Farrugia Portelli kif ukoll l-MGRM kitbu lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga dan il-każ u jieħu l-passi meħtieġa bil-liġi.
Il-kummenti ta’ Dun David Muscat ġabu l-kundanna ta’ bosta fosthom l-Arċisqof Charles Scicluna li dalgħodu waqt quddiesa mxandra fuq TVM talab maħfra u qal li se jkun qed jieħu passi, għalkemm s’issa għadna ma nafux x’tip ta’ passi ħa jkunu qed jittieħdu fil-konfront ta’ Dun David Muscat.