Fl-Ukraina Omm Ta’ 52 Sena Tixtri Xkubetta Biex Tiddefendi Lill-Pajjiż Mir-Russi
Eluf ta’ Ukraini ċivili qed jippreparaw lilhom nfushom għal possibilità li dejjem tikber ta’ invażjoni mir-Russi hekk kif is-sitwazzjoni dejjem qed teskala.
Mariana Zhaglo ta’ 52 sena mill-Belt ta’ Kiev u omm ta’ tliet t’itfal kienet irraportat tgħid fuq gazzetta li hi lesta tagħmel kollox biex tiddefendi lil Ukraina.
Propju lbieraħ bosta siti tal-aħbarijiet barranin irrapportaw din l-istorja b’ritratt tal-omm iżomm lix-xkubetta ġdida li xtrat għal €1,200 wara li ħadet parir mingħand xi suldati dwar liem l-aħjar li tixtri.
Mariana xtrat ukoll diversi ħwejjeġ tas-suldati kif ukoll ħadet kors ta’ ġimgħatejn kif tispara.
Din is-sitwazzjoni bħalissa fl-Ukraina hija waħda komuni hekk kif eluf ta’ ċittadini qed jippreparaw għal dak li jista’ jiġri minn ħin għal ieħor. Bosta qed jingħaqdu mal-armata Ukraina bħala voluntiera.