Għada Tibda Tinstemà X-Xhieda Kontra Abner Aquilina

Għada l-Ġimgħa se tkun qed tibda tinstemà ix-xhieda kontra Abner Aquilina, li qed jiġi akkużat bil-qtil u stupru ta’ Paulina Dembska fit-2 ta’ Jannar f’Tas-Sliema.
Bħal llum ġimgħa, hu tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-każ issa se jkun qed jgħaddi għand il-Maġistrat Marseanne Farrugia.
Is-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Jonathan Ransley se jmexxu l-Prosekuzzjoni bl-għajnuna tal-avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukat Mario Mifsud se jirrappreżenta lil Abner Aquilina.
Ritratt: TVM