Hermann Schiavone Mhux Se Jkun Qed Jikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali Li Jmiss

 Hermann Schiavone Mhux Se Jkun Qed Jikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali Li Jmiss

“F’laqgħa li kelli mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fil-ġranet li għaddew iddiskutejt miegħu d-deċiżjoni tiegħi li wara din il-leġislatura ser nirtira mill-politika elettiva.”

Hekk kiteb Hermann Schiavone fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn ħabbar li mhux ħa jkun qed jerġa’ jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali wara 40 sena fil-politika.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Hermann Schiavone tas-servizz tiegħu bħala Deputat Parlamentari u s-servizz tiegħu li ta lill-PN matul is-snin.

Il-PN qal li Hermann Schiavone dejjem wera altruiżmu u dedikazzjoni lejn il-kostitwenti tiegħu u l-Partit Nazzjonalista. Hermann Schiavone dejjem fehem li l-Politika hija missjoni li permezz tagħha ikun ta’ servizz lin-nazzjon u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huwa dejjem ħadem għall-ġid u ressaq proposti fis-setturi fdati lilu fost oħrajn fis-settur tal-ospitalitá. Huwa kien ta’ għajnuna għat-tmexxija u kemm-il darba ta’ pariri u analiżi tas-sitwazzjoni.

Il-PN qal li m’għandux dubju li Hermann Schiavone se jkompli jagħti s-servizz tiegħu lill-partit u aktar importanti lill-pajjiż, kif dejjem għamel.

Il-PN temm jawgura lil Hermann Schiavone għall-futur tiegħu u filwaqt li rringrazzjah mill-ġdid, iħares ‘il quddiem għal aktar ħidma u kollaborazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com