“Il-Kap Tal-Opożizzjoni Għandu L-Ikbar Porblema: Il-Kredibbiltà’ – Il-PL

B’reazzjoni għall-istqarrija qabel mill-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista tenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jista’ jitkellem kemm irid fuq il-governanza.
“Imma meta mbagħad tistaqsih fuq min ma jħallasx it-taxxa u jiġġustifikaha għax dak dnub tiegħu u ta’ min poġġih fil-kariga terġa’ toħroġ l-ikbar problema li għandu: il-kredibbiltà.”
Intant, eżattament wara, reġa’ wieġeb il-PN fejn qal “Fl-istqarrija li ppubblika ftit ilu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Laburista ikkonferma kemm il-Prim Ministru Laburista Robert Abela mhux kapaċi jieħu deċiżjoni tant li għadu m’għamel xejn fuq l-inkjesta pubblika sitt xhur wara.”