L-Uffiċċju Tal-Prim Ministru Bi Tweġiba Lill-Kap Tal-Opożizzjoni

 L-Uffiċċju Tal-Prim Ministru Bi Tweġiba Lill-Kap Tal-Opożizzjoni

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien jaf li mhux jgħid is-sewwa meta stqarr li l-gvern m’għamel xejn fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.” Hekk qalet stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Qalet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonsulta kemm felaħ mal-entitajiet involuti, fosthom akkademiċi u ġurnalisti, kif ukoll istituzzjonijiet internazzjonali, biex ikun f’pożizzjoni li jaħtar kumitat ta’ esperti kif suġġerit mill-inkjesta pubblika nnifisha, kumitat li anke dwar il-membri tiegħu saret konsultazzjoni wiesgħa.  M’hemmx dubju li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf sew b’uħud minn dawn il-konsultazzjonijiet.

F’uħud minn dawn il-laqgħat ġew preżentati wkoll numru ta’ abbozzi ta’ liġijiet maħsuba biex jipproteġu l-ġurnalisti fuq quddiem nett.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibqa’ determinat li frott din il-konsultazzjoni issa jħabbar il-passi li jmiss fil-ġranet li ġejjin kif miftiehem fil-konsultazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com