Il-Kap Tal-PN Jippreżenta L-Abbozz Ta’ Liġi Li Jindirizza L-Konklużjonijiet Tal-Inkjesta Pubblika Dwar Il-Qtil Ta’ Daphne Caruana Galizia

 Il-Kap Tal-PN Jippreżenta L-Abbozz Ta’ Liġi Li Jindirizza L-Konklużjonijiet Tal-Inkjesta Pubblika Dwar Il-Qtil Ta’ Daphne Caruana Galizia

Ilbieraħ waqt l-ewwel Seduta Parlamentari, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ippreżenta lill-iskrivan tal-Kamra l-abbozz ta’ liġi li fih hemm xejn inqas minn 12-il abbozz ieħor li jindirizzaw l-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Kap tal-PN qal li dan l-abbozz ta’ liġi, għandu 12-il att differenti sabiex f’pajjiżna tieqaf l-impunitá u tiġi miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Qal ukoll li l-Abbozz jindirizza n-nuqqas ta’ azzjoni ta’ Robert Abela b’mod partikolari biex pajjiżna joħroġ mil-lista l-griża tal-FATF.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Gvern għandu jiddiskuti dan l-abbozz b’mod urġenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com