Il-Lejla Se Jiksaħ Sew…
🌤☁️ It-temp illum il-biċċa l-kbira xemxi li jissaħħab xi ftit jew wisq sa filgħaxija u bi ftit xita iżolata possibbli matul il-lejl li ġej.
[☔️: 65% | 🌨: 40% | ⚡️: 20% | 💨: 50%]
🌬 Ir-riħ ħafif (F3) l-aktar mit-Tramuntana [N] li jdur mill-Grigal (NE), jiksaħ u jitqawwa (F4-5) xi ftit matul il-lejl li ġej.
🌊 Il-baħar ħafif li jsir moderat.
🌡 L-ogħla temperatura llum: 14°C; l-inqas illejla: 6°C.
🥶 Tinħass: 14°C | 3°C.
🔅 Indiċi UV: 2.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament fil-limiti tal-Mellieħa, grazzi għal Malcolm Seychell