Il-Ministru Owen Bonnici Jispjega S-Sitwazzjoni F’Malta Għall-Persuni Omosesswali Li Jridu Jagħtu D-Demm

 Il-Ministru Owen Bonnici Jispjega S-Sitwazzjoni F’Malta Għall-Persuni Omosesswali Li Jridu Jagħtu D-Demm

B’reazzjoni għall-artiklu dwar li żewġ pajjiżi Ewropej li neħħew il-projbizzjoni li rġiel omosesswali ma’ setgħux jagħtu d-demm matul ħajjithom kollha, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici spjega s-sitwazzjoni f’Malta.

Il-Ministru Bonnici spjega li f’Malta din il-‘lifetime ban’ fuq persuni membri tal-komunità’ LGBTIQ milli jagħtu d-demm kienet tneħħiet f’Settembru tal-2019.

Però din kienet inbidlet u daħlet policy li tgħid li jekk inti tkun raġel omosesswali u tkun attiv sesswalment trid tħalli perjodu ta’ sena biex tkun tista’ tagħti d-demm.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-ftit pajjiżi li neħħew il-‘lifetime ban’ daħħlu ‘deferral period’ li jvarja minn pajjiż għall-ieħor. F’Malta hemm ħidma anke bl-għajnuna ta’ testijiet magħrufa bħala “Nucleic acid testing (NAT)”, li jagħti soluzzjonijiet ġodda u aħjar u li allura hemm il-potenzjal li jwassal biex ‘il quddiem id-‘deferral period’ ikompli jinżel.

Huwa sostna li dan kollu jrid jimxi max-xjenza u fuq il-bżonn li nkomplu nsaħħu l-aċċess għal mediċini li jgħinu biex tonqos l-inċidenza ta’ ċertu infezzjonijiet.

Il-Ministru qal li se jkomplu għaddejjin b’ħidma biex, fid-dawl tas-soluzzjonijiet li tagħti n-NAT nersqu dejjem iktar lejn dak li jissejjaħ “personalised sexual behaviour risk assessment” li għandu l-potenzjal li jkompli jnaqqas il-perjodi ta’ deferrals.

“Se nkomplu naħdmu għal iktar ugwaljanza f’pajjiżna, inkluż għall-komunità LGBTIQ,” temm jgħid il-Ministru Owen Bonnici.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com