Il-Papa Emeritu Benedittu XVI Jammetti Li Kien Jaf Dwar Ċertu Każijiet Ta’ Abbużi Sesswali Fil-Ġermanja

 Il-Papa Emeritu Benedittu XVI Jammetti Li Kien Jaf Dwar Ċertu Każijiet Ta’ Abbużi Sesswali Fil-Ġermanja

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI ammetta li waqt laqgħa li kellu fl-1980 dwar il-każijiet ta’ abbużi sesswali, kien ta informazzjoni falza lill-investigaturi dwarha. Huwa dak iż-żmien kien Arċisqof ta’ Munich.

Wara li matul il-ġimgħa li għaddiet ħarġu diversi aħbarijiet dwar ir-rapport li sar biex janalizza l-abbużi sesswali fil-Knisja Kattolika fil-Ġermanja, nstab li l-Papa Emeritu, dak iż-żmien Arċisqof ma’ kienx ħa azzjoni.

Wara l-konferenza li saret f’Munich il-Ħamis li għadda biex toħroġ dawn il-fatti, Benedittu fi stqarrija ta’ 82 paġna qal li ma jiftakarx li kien attenda laqgħa fl-1980 biex jiddiskuti l-każ ta’ qassis li abbuża.

Illum is-segretarju personali tal-Papa Emeritu Benedittu XVI fi stqarrija qal li Benedittu kien attenda għal din il-laqgħa. Dan wara li l-avukati qalu li għandhom f’idejhom dokumenti li jikkontradixxu dak li qal il-ġimgħa li għaddiet.

Mir-rapport ħareġ li tal-inqas 235 persuna nkixfu bħala persuni li allegatament wettqu abbuż.

Ir-rapport kixef ukoll li hemm mal-487 vittma.

Is-Segretarju tal-Papa Emeritu Benedittu XVI, l-Arċisqof Georg Ganswein qal li dak li ntqal il-ġimgħa li għaddiet kien bi żball u b’nuqqas ta’ attenzjoni. Huwa qal ukoll li Benedittu jiddispjaċih ħafna u talab maħfra.

Huwa rapportat li Benedittu XVI se jkun qed joħroġ stqarrija dettaljata fil-jiem li ġejjien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com