“Il-PN Fil-Gvern Se Jassigura L-Fondi Meħtieġa Tal-Pipeline Tal-Gass” – Il-PN

 “Il-PN Fil-Gvern Se Jassigura L-Fondi Meħtieġa Tal-Pipeline Tal-Gass” – Il-PN

“Il-persuna li konsistentement falliet mit-test tal-interess Nazzjonali huwa Robert Abela.”

Dan intqal mill-Partit Nazzjonalista fi stqarrija b’reazzjoni għal dik tal-PL ftit aktar kmieni. Il-PN kompla jgħid li l-PM Robert Abela falla għaliex żamm diversi kuntratti li jaf li huma korrotti, filwaqt li kompla jipproteġi lil dawk li nnegozjawhom għall-gwadann personali tagħhom, filwaqt li hu stess kien il-konsulent legali tagħhom.

Fl-istqarrija ntqal li r-rekord tal-PN li jattira fondi tal-Unjoni Ewropea u jgħolli r-reputazzjoni ta’ Malta madwar id-dinja jitkellem waħdu.

“Dan meta mqabbel mal-Gvern ta’ Robert Abela li l-unika kisba internazzjonali tiegħu kienet li daħħal lil Malta fil-greylist,” kompla jisħaq il-PN, filwaqt li temm jgħid li huwa fil-Gvern mhux biss jassigura l-fondi meħtieġa tal-pipeline tal-gass iżda se jassigura wkoll li l-flus ma jintużawx biex jippremjaw lil dawk li wettqu reati gravi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com