“Il-PN Għandu Jieqaf Jipprova Jiskorja Punti Politiċi Mill-Covid-19” – Il-PL
Il-Partit Laburista b’reazzjoni għall-istqarrija li ħareġ ilbieraħ il-PN b’rabta mal-Elezzjoni Ġenerali u soluzzjonijiet għal persuni li jinqabdu kwarantina, qal li l-PN għandu jieqaf jipprova jiskorja punti politiċi mill-Covid-19, speċjalment meta suppost jaf li hemm rappreżentanti tiegħu stess f’diskussjonijiet li għaddejjin bejn il-Partiti Politiċi, il-Kummissjoni Elettorali u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Il-PL qal li dawn id-diskussjonijiet qed isiru bil-għan li jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet għall-proċessi elettorali kollha inkluż dak sabiex min ikun kwarantina għall-Covid-19 ikollhom l-opportunità li jivvota fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Il-PL tenna li f’dawn id-diskussjonijiet ħareġ ċar li kulħadd jemmen li din ir-realtà tkun indirizzata u m’hemmx dubju li l-Gvern se jassigura dan anke fuq ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali. “Iżda, għal darb’oħra l-PN ried ikun popolist u partiġjan,” temm jgħid il-PL fl-istqarrija tiegħu.
Ara wkoll:
“Nies Fi Kwarantina Għandhom Id-Dritt Li Jivvutaw Ukoll” – Il-PN