Il-PN U L-PL B’Botta U Risposta Lil Xulxin – Jinħarġu Stqarrijiet F’Sekondi Wara Xulxin

 Il-PN U L-PL B’Botta U Risposta Lil Xulxin – Jinħarġu Stqarrijiet F’Sekondi Wara Xulxin

Il-PN fi stqarrija qal li Robert Abela donnu jaħseb li wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Malta għandha bżon riforma fil-ġurnaliżmu.

Qalu li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista huwa ħerqan li jiddibatti kwalunkwe abbozz ta’ liġi mressaq mill-Gvern, irridu bis-serjetà nibdew niġġieldu l-korruzzjoni, l-impunità u l-abbuż tal-poter.

L-istqarrija kompliet tgħid li Bernard Grech qed jieħu l-inizjattiva billi jipproponi liġijiet serji li jaffettwaw il-politikanti u uffiċjali pubbliċi. 

“Robert Abela għandu bżonn jiddeċiedi jekk Malta għandiex bżonn tirranġa l-problemi li wasslu biex tinqatel Daphne Caruana Galizia, jew jagħmel tibdiliet superfiċjali bbażati fuq il-premessa l-ħażina.”, temm il-Partit Nazzjonalista.

B’reazzjoni għal dan, il-Partit Laburista qal li fost ħafna għajjat, anke meta jkun qed jitkellem waħdu, Bernard Grech dejjem jgħid xi ħaġa li turi kemm mhux kredibbli. 

Il-PL tenna li lllum għażilnilu l-frażi fejn qal li l-Prim Ministru “ma jridx jgħin in-negozji li qegħdin jbagħtu minħabba t-tul tal-pandemija.” 

“Mhux biss għax Grech qal hekk wara li l-Prim Ministru reġa’ spjega kif il-gvern se jkompli jgħin lin-negozji, iżda wkoll għax ilu xhur jgħid jgħid li l-għajnuniet li ta l-gvern huma tberbiq ta’ flus”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com