Il-Potenzjal Ta’ Malta Għall-Wiri Waqt Id-Dubai Expo 2020
Matul id-Dubai Expo 2020 Malta, fost pajjiżi oħra, qiegħda tesebixxi l-potenzjal tagħha fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ negozju. Hawnhekk qed ikunu rappreżentati setturi varji inkluż it-turiżmu permezz tal-Padiljun Malti li qed tilqa’ fi ħdanha għadd ta’ entitajiet.
B’individwi minn aktar minn 190 nazzjon jattendu, id-Dubai Expo qed tospita l-akbar laqgħa li qatt saret, u qed tagħti lil Malta kopertura wiesgħa bl-aktar modi effettivi.
Il-Ministru Silvio Schembri indirizza għadd ta’ mistiedna distinti u dinjitarji waqt il-ftuħ taċ-ċerimonja uffiċjali li mmarkat Malta Day waqt Expo 2020. L-Expo, li qed tiġi ospitata minn Dubai fl-Emirati Għarab Magħquda, bdiet fl-1 ta’ Ottubru 2021 u tispiċċa fil-31 ta’ Marzu 2022. L-Expo kienet ġiet posposta minħabba l-pandemija.
Malta qed turi s-servizzi tagħha f’belt meqjusa bħala waħda minn ta’ quddiem nett fil-kreattività u l-innovazzjoni. Il-Ministru Schembri ħeġġeġ lil dawk preżenti biex iżuru l-Padiljun ta’ Malta u jesploraw x’għandu joffri pajjiżna f’termini ta’ opportunitajiet ta’ negozju li jirrappreżentaw diversi setturi.
Il-Ministru Schembri stqarr li l-Expo se sservi ta’ opportunità kbira sabiex jissaħħu r-rabtiet bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda filwaqt li pajjiżna jħares ’il quddiem li jkompli jikkolabora fuq għadd ta’ opportunitajiet kif ukoll biex tissaħħaħ ir-relazzjoni b’saħħitha fuq ftehimiet bilaterali.
Għal ftuħ taċ-ċerimonja spikkat il-preżenza ta’ għadd ta’ artisti Maltin li esebixxew it-talent tagħhom u ta’ pajjiżna filwaqt li perpret il-bandiera Maltija fl-isfond tal-Padiljun Malti f’Dubai.
Din iċ-ċerimonja segwiet laqgħa bejn il-Ministru Schembri u Sarah Bint Yousif Al Amiri, Ministru tal-Istat għal Teknoloġija Avvanzata fejn iddiskutew setturi fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jikkollaboraw għall-benefiċċju kemm ta’ Malta u l-Emirati Għarab Magħquda.
Ritratti: DOI