Il-Prinċep Andrew Jitneżża’ Mit-Titli Militari U L-Patroċinji Rjali Tiegħu
Id-Duka ta’ York irritorna t-titli militari u l-patroċinji rjali kollha li kellu lura lir-Reġina.
Dan kien konfermat mill-Palazz ta’ Buckingham fejn intqal ukoll li l-Prinċep Andrew, ta’ 61 sena, mhux se jkun jista’ jibqa’ juża “His Royal Highness”.
Dan wara li l-Prinċep qed jiffaċċja azzjoni ċivili tal-Istati Uniti dwar allegazzjonijiet ta’ attakk sesswali. Akkużi li huwa dejjem ċaħad.
Intqal li d-Duka ta’ York se jkun qed ikompli jiddefendi ismu fil-każ li fetħet Virginia Giuffre, f’New York.
Sadanittant l-Prinċep Andrew issa se jkompli jiġġieled din il-kawża bħala ċittadin normali, bl-irwoli kollha li kellu se jkunu qed jingħataw lill-membru ieħor tal-familja Rjali.
Ritratt: BBC