Illum Il-Karkariżi Jfakkru Ġrajja Storika…

 Illum Il-Karkariżi Jfakkru Ġrajja Storika…

It-22 ta’ Jannar għall-poplu Karkariż hija ġurnata storika u speċjali.

Propju fl-1932, kienet waslet il-qanpiena l-kbira tal-Bażilika Kolleġġjata Sant’Elena ta’ Birkirkara.

Kien 90 sena ilu, li din il-qanpiena, l-ikbar waħda f’pajjiżna ġiet ikkonsagrata mill-Arċisqof ta’ Malta Mawru Caruana.

Dalgħodu bosta Karkariżi qamu jfakkru din il-ġurnata, fosthom l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena fejn permezz ta’ post fuq il-mezzi soċjali tagħhom taw ftit informazzjoni dwar din il-ġrajja.

Il-qanpiena l-kbira bl-isem ta’ ‘Helena’ kienet tpoġġiet f’postha fil-kampnar tal-Kolleġġjata Sant’Elena nhar l-24 ta’ Jannar, 1932.

‘Helena’ nħadmet mid-ditta Barigozzi fl-Italja u waslet fil-Port il-Kbir ta’ Malta nhar it-12 ta’ Jannar, 1932.

Il-qanpiena ‘Helena’ kienet ndaqqet għall-ewwel darba nhar il-25 ta’ Jannar, 1932, nhar il-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl eżatt wara l-quddiesa konventwali li fija tkanta t-Te Deum solenni bħala ringrazzjament lil Alla.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.