Inċident Tat-Traffiku Fi triq Ir-Rabat Fin-Nadur

Ilum għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel li għandu 33 sena tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Ist li kien qiegħed isuq u nqaleb. Fil-karozza kien hemm ukoll żewġ passiġġieri, raġel ta’ 25 sena minn Nadur u ieħor ta’ 27 sena mix-Xagħra.
Filwaqt li x-xufier u r-raġel ta’ 25 sena ma sofrewx ġrieħi, dak ta’ 27 sena kellu bżonn lassistenza minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin