“It-Tilqima Tal-Booster Qed Taħdem” – Id-DPM Chris Fearne

Malta għandha l-għola rata ta’ tilqim tal-booster kontra l-Covid-19, kif ukoll l-inqas rata ta’ persuni fl-isptarijiet mill-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn sostna li t-tilqima tal-booster qed tħalli effett pożittiv kif mixtieq.
Sal-bieraħ ingħataw 273,692 tilqima tal-booster kontra l-Covid-19.
#Malta 🇲🇹 with #highest booster and #lowest hospitalization rates in Europe. Boosters work! #BeBoosted https://t.co/xDyYSLM0tY pic.twitter.com/2DIj9hE9JD
— Chris Fearne (@chrisfearne) January 10, 2022