Yorgen Fenech Jinsab Fi Kwarantina – Differit Appell Kostituzzjonali Mill-Avukat Tal-Istat

 Yorgen Fenech Jinsab Fi Kwarantina – Differit Appell Kostituzzjonali Mill-Avukat Tal-Istat

Yorgen Fenech, in-negozjant mixli bl-involviment fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jinsab fi kwarantina fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Dan kien konfermat dalgħodu fil-Qorti hekk kif Yorgen Fenech ma’ tfaċċax biex jidher quddiem il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Elull, hekk kif kellu jibda jinstema’ l-appell Kostituzzjonali li sar mill-Avukat tal-Istat Chris Soler.

L-appell li għamel l-Avukat tal-Istat huwa fuq digriet tal-Imħallef Lawrence Mintoff biex il-Pulizija tgħaddi lit-tim tad-difiża ta’ Yorgen Fenech l-evidenza kollha miġbura minn mowbajl li kien tal-eks chief of staff Keith Schembri.

Il-kawża ġiet differita għal aktar tard dan ix-xahar.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com