Ix-Xita Mistennija Tkompli…B’Waqtiet Aktar Sbieħ Wara Nofsinhar
⛈⛅️ It-temp illum jisbaħ bix-xita, b’xi ħalbiet possibilment ftit qawwija u/jew bir-ragħad għall-ewwel li jsiru aktar iżolati mal-ħin u jibnazza fit-tieni parti tal-ġurnata. Isir pjuttost mirjieħ u jinħass kiesaħ.
[☔️: 80% | 🌨: 35% | ⚡️: 60% | 🌪: 20% | 💨: 75% | 🌈: 50%]
🌬 Ir-riħ ħafif (F3) mix-Xlokk (SE) li jsir qawwi (F6) mill-Grigal (NE) minn waranofsinhar ‘il quddiem..
🌊 Il-baħar ġeneralment moderat li jitqawwa għal qawwi iżjed tard, speċjalment fil-kosti tal-Grigal. ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 13°C; l-inqas illejla: 11°C.
🥶 Tinħass: 12°C | 6°C
🔅 Indiċi UV: 2
Ritratt mill-aqwa miġbud dalgħodu fil-limiti tal-Imqabba, grazzi għal Marika Saliba