“Bernard Grech Jikkontradixxi Lilu Nnifsu Fi Ftit Jiem” – Il-PL

 “Bernard Grech Jikkontradixxi Lilu Nnifsu Fi Ftit Jiem” – Il-PL

“Fi ftit jiem Bernard Grech bidel il-verżjoni tiegħu stess taħt fuq dwar il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-Covid-19. Fit-8 ta’ Jannar qal li kien favur ir-regoli l-ġodda. Ilbieraħ bidel kliemu stess u qed jgħid li għandhom jiġu rtirati.”

Hekk qal il-Partit Laburista b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap tal-PN Bernard Grech dwar il-miżuri li ħa jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija ntqal li dan huwa Kap tal-Oppożizzjoni perikoluż fuq il-qasam tas-saħħa kif inhu fuq l-ekonomija. “Dak li jgħid illum jista’ jinbidel l-għada u allura ma jistax jitwemmen.”

Il-PL sostna li meta Bernard Grech kien mistoqsi b’mod ċar jekk jendorsjax ir-regoli l-ġodda tal-vaċċin li se jidħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar, kien ċar fit-tweġiba tiegħu meta qal “iva nibqgħu nendorsjaw id-deċiżjonijiet uffiċċjali.”

“Iżda, ftit wara qed jgħid li għandhom ikunu rtirati għal kollox,” tenna il-PL filwaqt li qal li “Bernard Grech idawwar fehmtu bħal qasba tixxejjer mar-riħ f’logħba ta’ populiżmu minflok f’dan il-mument jiffoka biex iħeġġeġ lil kulħadd jieħu l-booster kif qed jagħmlu l-iktar mediċi u professuri prominenti li għandna f’pajjiżna.”

Il-PL appella lill-Gvern u lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jibqgħu jiddjalogaw mal-imsieħba soċjali u fejn meħtieġ ikunu ndirizzati kwistjonijiet ġenwini, filwaqt li jkomplu jħeġġu lin-nies biex jieħdu l-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com