Jinġabru Aktar Minn €1.4 Miljun B’Risq Id-Dar Tal-Providenza

 Jinġabru Aktar Minn €1.4 Miljun B’Risq Id-Dar Tal-Providenza

Propju lbieraħ fl-ewwel ġurnata tas-sena d-Dar tal-Providenza ġabret is-somma sabiħa ta’ €1,409,085 waqt maratona televiżiva ta’ 12-il siegħa fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija minflok saret fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza, l-maratona ttellgħet fl-istudios ta’ Where’s Everybody, f’Ħal Qormi, biex jitnaqqas ir-riskju li r-residenti u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza jkunu esposti għall-virus. Fil-parkeġġ fis-Siġġiewi sar drive-thru fejn wieħed jkun jista’ jwassal id-donazzjoni tiegħu mingħajr ma jkollu għalfejn joħroġ mill-karozza.

Ilbieraħ din il-maratona bdiet b’quddiesa mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna fil-Festa ta’ Marija Omm Alla u f’Jum il-Paċi.

Matul il-ġurnata wieħed seta’ jgawdi spettaklu, fosthom minn numru ta’ kantanti u anke l-Banda tal-Pulizija.

Fit-tmien tal-maratona televiżiva, Fr Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza rringrazzja lill-poplu Malti kollu li għal darb’oħra wera’ li mhux għandu għal qalbu l-ħidma tad-Dar iżda kompla juri l-valuri sbieħ li jiddistingwuh fosthom dawk ta’ ġenerożità, solidarjetà u ugwaljanza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com