Mara Tinstab Mejta Fi Ġnien F’Tas-Sliema

 Mara Tinstab Mejta Fi Ġnien F’Tas-Sliema

Il-Pulizija qed tinvestiga każ b’rabta ma’ sejba ta’ katavru fi Ġnien l-Indipendenza, Tas-Sliema.

Minn rapporti jidher li l-Pulizija ġew infurmata għal ħabta tas-6:30am minn persuna li kienet miexja fil-ġnien.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku mill-isptar Mater Dei madankollu l-mara ġiet ċċertifikata mejta ftit wara.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li l-mara kellha diversi ġrieħi f’rasha kif ukoll instabet kważi mingħajr ħwejjeġ.

B’rabta mal-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com