Mara L-Isptar Wara Li Qalgħet Daqqiet B’Arma Bil-Ponta

Mara ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara li allegatament qalgħet daqqiet b’arma li taqta’.
Skond rapporti jidher li dan il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:00am, f’residenza f’Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija mit-taqsima għall-vjolenza domestika qed tinvestiga dan il-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.