“Mexxi Jew Warrab” – Boris Johnson Bi Pressjoni Biex Jirreżenja

L-Eks Ministru Tobias Ellwood u Tory qed jagħmlu pressjoni qawwija fuq il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson biex ‘imexxi jew iwarrab.’
Dan wara rapporti li ilhom għaddejjin dwar festini li saru f’Downing Street waqt li kien hemm restrizzjonijiet tal-Covid-19.
Jidher li bosta kostitwenti qed ikellmu lill-Membri Parlamentari u juru l-għadab tagħhom għal dan l-atteġġjament minn min suppost jagħti gwida u eżempju.
Johnson għall-ewwel ma kienx ammetta dan iżda fl-aħħar jiem, jidher li kellu jċedi u jistqarr in-nuqqas tiegħu.