Raġel Jittieħed L-Isptar Wara Inċident tat-Traffiku F’San Ġwann

 Raġel Jittieħed L-Isptar Wara Inċident tat-Traffiku F’San Ġwann

Raġel ta’ 56 sena residenti s-Siġġiewi, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-vittma u Mitsubishi ASX, misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Gżira.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com