Mijiet Ta’ Nies Jipprotestaw Kontra L-Miżuri “Diskriminatorji” Tal-Covid-19
Ilbieraħ wara nofsinhar fil-Belt Valletta reġgħet ġiet organizzata protesta kontra l-miżuri tal-Covid-19 fosthom iċ-ċertifikat tal-vaċċin u t-tilqim mandatorju.
Mijiet ta’ nies attendew il-protesta organizzata mill-Freedom Movement fejn kien hemm bosta kelliema li esprimew il-fehmiet tagħhom u esperjenzi.
Fost l-għajjat għal “libertà” il-kelliema qalu li dawn il-miżuri tal-Covid-19 qegħdin jiddiskriminaw bejn dawk imlaqqma u dawk li mhumiex, ntqal ukoll li din il-pandemija hija falza.
Waqt din il-protesta kienu qed jinġabru firem għal petizzjoni kontra l-fatt li trid ċertifikat tal-vaċċin validu, jiġifieri bil-booster, sabiex tidħol f’ristorant.
Intqal li l-protesti se jkompli jsiru għaliex ir-rilaxx tal-miżuri li se jitħabbru huma mossa ta’ qabel l-elezzjoni.
Huma appellaw ukoll għall-bojkott fil-konfront tal-media lokali li qalu qed joħonqu l-verità dwar il-Covid.
Ritratt: Facebook / Simon Zammit Cutajar