Minn Nhar It-Tnejn Il-Maskra Fuq Barra Mhux Obbligatorja – Stabbilimenti Tal-Ikel U Xorb Jistgħu Jneħħu D-Distanza Bejn L-Imwejjed
F’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu, d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej dawk il-persuni kollha li ħadu l-booster tal-vaċċin, l-ilbies tal-maskra mhux ħa jibqa’ obbligatorju fuq barra, sakemm ma’ tkunx f’grupp ta’ aktar minn żewġ persuni.
Il-Ministru Chris Fearne ħabbar ukoll li l-avvenimenti sportivi kollha minn nhar it-Tnejn jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-ispettaturi ladarba dawn ikunu ħadu l-booster.
Ġew rilaxxati wkoll diversi restrizzjonijiet oħra fosthom li l-istabbilimenti tal-ikel, bars u snackbars se jkunu jistgħu jneħħu d-distanza bejn l-imwejjed u jilqgħu nies skont kemm tippermettilhom il-liċenzja. Madanakollu d-dħul f’dawn l-istabbilimenti għandu jkun biċ-ċertifikat li juri li l-klijent ikun ħa l-vaċċin tal-booster.
Il-Ministru Chris Fearne qal li dawn il-miżuri setgħu jitneħħew minħabba li aktar nies qed jieħdu l-booster u għalhekk l-immunità fil-komunità qed tiżdied. Huwa qal li sa tmiem din il-ġimgħa, 70% tal-adulti Maltin se jkunu ħadu l-booster.
Il-Ministru Fearne qal ukoll li 92% tal-każijiet pożittivi issa jidhru li huma ġejjien mill-varjant Omicron.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.