Raġel B’Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum F’Għawdex
Raġel ta’ 48 sena mix-Xagħra, Għawdex weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1:00pm, ġo kamra f’għalqa fi Triq il-Merżuq, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.