“Robert Abela Injora Dak Li Jridu N-Nies” – Il-PN
“L-għażla ta’ Andy Ellul biex ikun co-opted fil-Parlament minfok Silvio Griscti, hi konferma ta’ kif jekk ma tkunx ta’ ġewwa ma Robert Abela ma tistax taħdem.
Illum għandna l-konferma kemm Robert Abela ma jemminx fil-proċess demokratiku u jrid jdawwar lilu nnifsu b’nies li għażel hu u huma iktar leali lejh. Għal darb’oħra Robert Abela injora dak li jridu n-nies.
Dan hu l-ħames każ li jixhed dan kollu.”
Hekk qalet l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.