Roberta Metsola Ħa Tkun Qed Tiċċelebra Doppju…?

 Roberta Metsola Ħa Tkun Qed Tiċċelebra Doppju…?

Propju issa li ninsabu ftit minuti ‘l bogħod mill-ftuħ tal-votazzjoni sabiex ikun elett il-President tal-Parlament Ewropew il-ġdid, Roberta Metsola qed tkun kunsidrata bħala l-favorita li tieħu din il-kariga, propju f’għeluq it-43 sena tagħha.

Roberta Metsola ikkontestat kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew mindu Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004. Ta’ 25 sena kienet l-iżgħar kandidat tal-Partit Nazzjonalista u kisbet 5,204 vot mal-ewwel għadd.

Hija miżżewġa lil Ukko Metsola u għandhom erba’ wlied, Luca ta’ 14-il sena, Alec ta’ 13-il sena, Marc ta’ 9 snin u Kristian ta’ 4 snin.

Roberta Metsola se tikkontesta f’isem il-Partit Popolari Ewropej, filwaqt li hemm tliet kontestanti oħra, Alice Bah Kuhnke hija l-kandidata Svediża li se tirrappreżenta l-Partit tal-Ħodor u l-European Free Alliance, Sira Rego il-Membru Ewroparlamentari Spanjola li se tirrappreżenta lill-Partiti tax-Xellug u Kosma Zlotowski il-kandidat Pollakk tal-Konservattivi u Riformisti.

Ilbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa ma’ Metsola fejn iktar tard il-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi qalu li se jkunu qed jappoġġjaw lill-Partit Popolari Ewropew għall-kandidatura ta’ Roberta Metsola.

L-għażla tal-President tal-Parlament Ewropew se ssir mis-sebgħa mija u ħames membri ewro-parlamentari b’votazzjoni remota minħabba l-Covid.

L-ewwel round ta’ votazzjoni jibda fid-9.00am sal-10:15am u l-kandidat rebbieħ irid jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti validi magħduda b’ħamsin fil-mija tal-vot u wieħed. Jekk dan iseħħ allura għandu jkollna r-riżultat fil-11:00am.

Awguri Robert Metsola!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com