Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Ħal Qormi

 Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Ħal Qormi

Raġel ta’ 45 sena, illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ħammieri, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-vittma u Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Qormi.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com