Sofra Ġrieħi Minħabba Li Ntlaqat Minn Ġebla Li Waqgħet Fuqu U Waqa’ Ġo Xaft Fil-Ħamrun

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-għaxra u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq Danny Cremona, il-Ħamrun.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 20, residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi meta kien milqut minn ġebla li waqgħet fuqu u waqa’ ġo xaft.
L-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.