Traġedja Fl-Italja Tħalli Ħames Żgħażagħ Mejta

 Traġedja Fl-Italja Tħalli Ħames Żgħażagħ Mejta

Aċċident tat-traffiku fl-Italja jħalli ħames vittmi żgħażagħ, erba’ ġuvintur u tfajla. Huma mietu wara li tilfu l-kontroll tal-karozza u ħabtu ġo xarabank fi Brescia. Din it-traġedja seħħet fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.

Rapporti fil-gazzetti Taljani qalu li l-ebda minnhom ma’ kellu liċenzja tas-sewqan. L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 17 u 22 sena.

Allegatament il-karozza kienet ta’ ħabib ieħor tagħhom li kien qed isuq warajhom.

Is-sewwieq tax-xarabank ma’ kellux ġrieħi gravi u qal li l-karozza bil-ħames żgħażagħ fiha ma’ setax jevitaha.

Ritratti: bresciatoday.it

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com