Żagħżugħ Weġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Madwar 2 Metri F’Sit Ta’ Kostruzzjoni

Żagħżugħ mill-Litwanja ta’ 22 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-3:30am, fi Triq It-Trundiera, limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.