Anzjana Ssofri Ġrieħi Serji F’Inċident Tat-Traffiku F’Santa Venera

 Anzjana Ssofri Ġrieħi Serji F’Inċident Tat-Traffiku F’Santa Venera

Anzjana ta’ 75 sena minn Birkirkara sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Santa Venera.

L-aċċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-ħamsa, fi Triq Misraħ il-Barrieri, Santa Venera.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 75 sena residenti Birkirkara, intlaqtet minn Ford Ranger li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com