Bil-Filmat: Il-Mument Li Ingliż Ta’ 35 Sena Kien Attakkat Minn Kelb Il-Baħar F’Sydney

 Bil-Filmat: Il-Mument Li Ingliż Ta’ 35 Sena Kien Attakkat Minn Kelb Il-Baħar F’Sydney

Nhar l-Erbgħa li għadda f’waħda mill-bajjiet f’Sydney raġel Ingliż tilef ħajtu wara li kien attakkat minn kelb il-baħar.

Simon Nellist ta’ 35 sena kien qed jgħum sabiex jitħarreġ għal għawma li kien se jagħmel għall-karità nhar il-Ħadd li ġej, li eventwalment issa ġiet imħassra.

Intqal li Simon Nellist kien jgħix f’Wolli Creek, f’Sydney u kien qed jippjana li jiżżewweġ.

F’Sydney mhuwiex komuni dawn it-tip ta’ attakki, fil-fatt dan kien l-ewwel attakk fatali minn kelb il-baħar sa mill-1963.

Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga dan il-każ filwaqt li qed tagħmel tfittxija anke bl-għajnuna ta’ drones sabiex jinqabad dan il-kelb il-baħar li huwa maħsub li fih madwar 3 metri.

Madanakollu llum il-bajjiet reġgħu fetħu għall-pubbliku.

Ara l-mument tal-attakk mill-kelb il-baħar (filmati grafiċi):  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com