Bil-Filmat: Missier Ukren Isellem Lil Bintu Qabel Jinfirdu Minn Xulxin Possibbilment Għall-Aħħar Darba

 Bil-Filmat: Missier Ukren Isellem Lil Bintu Qabel Jinfirdu Minn Xulxin Possibbilment Għall-Aħħar Darba

Hekk issa ninsabu fit-tieni jum ta’ attakki mir-Russja fuq l-Ukrajna, fuq il-mezzi soċjali wieħed jista’ jara bosta filmati xokkanti ta’ dak li qed iseħħ fuq l-art Ukrena.

Bosta familji qed jispiċċaw jorqdu fl-istazzjonijiet taħt l-art tal-metro u ħafna oħrajn qed jinfirdu minn mal-familja biex jaħarbu mill-pajjiż, bl-irġiel ħafna minnhom qed jibqgħu fl-Ukrajna biex jiddefendu lil pajjiżhom.

Dan il-filmat juri missier Ukren qed isellem għal dik li jaf tkun l-aħħar darba lit-tifla tiegħu u lil martu qabel jaħarbu f’post aktar sigur għalihom, bil-missier jibqa’ hemm biex jiddefendi lill-art twelidu.

Din hija r-realtà li hemm bħalissa fl-Ukrajna fejn bosta familji qed jispiċċaw jinfirdu minn mal-missier bit-tama li jqumu għall-ħajja ħafna aħjar fil-paċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com