Il-Vatikan Iħabbar Il‑Programm Uffiċjali Tal‑Vjaġġ Appostoliku Tal‑Papa Franġisku F’Malta

 Il-Vatikan Iħabbar Il‑Programm Uffiċjali Tal‑Vjaġġ Appostoliku Tal‑Papa Franġisku F’Malta

Tħabbar il-programm uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta, li se jsir is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 ta’ April 2022.

Illum is-Sala Stampa tas-Santa Sede ħabret b’mod dettaljat il-postijiet u l-ħinijiet li l-Papa se jkun qed iżur waqt din iż-żjara.

Il-Papa Franġisku se jkun qed jasal Malta fl-10am, u wara se jżur il-Belt Valletta u waranofsinhar jibqa’ sejjer Għawdex. Il-Ħadd filgħodu l-Papa se jżur ir-Rabat u l-Furjana u waranofsinhar iżur Ħal Far.

Il-Programm Uffiċjali:

Is-Sibt 2 ta’ April 2022

08:30 – Tluq bl-ajruplan mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma/Fiumicino lejn Malta

10:00 – Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

10:00ĊERIMONJA TA’ MERĦBA fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

10:50 – ŻJARA TA’ KORTEŻIJA LILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA fis-Sala tal-Ambaxxaturi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta

11:35LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU fis-Sala tal-Paġġi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta

11:50LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET U L-KORP DIPLOMATIKU fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta

15:50 – Tluq bil-katamaran mill-Port il-Kbir lejn Għawdex

17:00 – Wasla fil-Port tal-Imġarr

17:30LAQGĦA TA’ TALB fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex

18:45 – Tluq bil-vapur mill-Port tal-Imġarr lejn Malta

19:30 – Wasla fil-Port taċ-Ċirkewwa u trasferiment lejn in-Nunzjatura Appostolika

Il-Ħadd 3 ta’ April 2022

07:45LAQGĦA PRIVATA MAL-MEMBRI TAL-KUMPANIJA TA’ ĠESÙ fin-Nunzjatura Appostolika fir-Rabat

08:30ŻJARA FIL-GROTTA TA’ SAN PAWL fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat

10:15QUDDIESA fuq il-Fosos tal-Furjana

16:45LAQGĦA MAL-MIGRANTI fil-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII f’Ħal Far

17:50ĊERIMONJA TAT-TLUQ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

18:15 – Tluq bl-ajruplan lejn Ruma

19:40 – Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma/Fiumicino

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com