“Dan Il-Proġett Se Jagħti Nifs Ġdid Lir-Residenti Kollha” – Is-Sindku Ta’ San Ġwann Trevor Fenech
“Kuntent immens li l-lokal tagħna jinsab parti minn pjan ambizzjuż ta’ Gvern ġdid tal-Partit Laburista sabiex isir spazju miftuħ u parkeġġ taħt l-art fiċ-ċentru ta’ San Ġwann.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni mis-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech hekk kif minn diversi reazzjonijiet wara l-konferenza tal-PL fejn ġew imħabbra diversi proġetti ambjentali fl-ibliet u rħula differenti jidher li qed jintlaqgħu.
Is-Sindku Ta’ San Ġwann qal li dan il-proġett se jagħti nifs ġdid lir-residenti kollha.
“Smajna lilkom, wassalna l-messaġġ u l-messaġġ wasal ċar u tond. Grazzi Prim Ministru ta’ dan l-impenn qawwi favur il-lokal tagħna,” temm jgħid Trevor Fenech.