Ferħ Ta’ Ċerva Tibqa’ Żżur Lil Min Salvaha

 Ferħ Ta’ Ċerva Tibqa’ Żżur Lil Min Salvaha

Ferħ ta’ ċerva baqgħet iżżur lil Darius Sasnauskas li jgħix fl-Istati Uniti wara li għenha tiġi fuq saqajha.

Mid-dehra, iċ-ċerva kellha mankament f’saqajha u ma setgħetx tkompli mal-familja tagħha tant li sfat abbandunata. Dan kollu rah jiġri quddiemu fil-ġnien tiegħu ta’ wara. Darius joqgħod ftit il-bogħod minn Yellowstone National Park.

Iddeċieda li jindukraha u beda jikkuraha bil-mod, jisqieha l-ħalib u saħansitra anke lagħqilha wiċċha biex tħossha komda kif kieku tagħmlilha ommha.

Wara ftit ġimgħat, iċ-ċerva ġiet f’tagħha u Darius iddeċieda li jerġa’ jirritornaha lura fl-abitat naturali tagħha. Iżda din il-ħlewwa tan-natura, baqgħet iżżuru spiss. Donnha għarfet lil min ħabbha u ħa ħsiebha. Xi ħlew!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com